Danusan/Blog /Id-Danusan Challenge tħassret.

Blog

Id-Danusan Challenge

Id-Danusan Challenge tħassret.

Id-Danusan Challenge, bi sfortuna kbira imħassra wkoll. Kienet deċiżjoni diffiċli pero kellna noħduha!

L-attivitajiet tad-Danusan u l-COVID

Bħala Danusan għaddejna minn elf ħaġa matul is-snin u qatt ma qtajna qalbna minn xejn anzi f’ kull opportunita’ rajna kif għamilna biex ħriġna b’xi ħaġa innovativa.

 

X’għamilna s’ issa?

Kif tfaċċat il-Covid u dħalna fil-lockdown bdejna mal-ewwel bil-programmi online mis-sensiela Noli fejn ta’ kuljum bħala Danusan konna nagħmlu programm ‘Antivirus’ mill-kamra tas-sodda. Kif għadda iż-żmien u s-sitwazzjoni bdiet tmur tikka żgħira għall-aħjar, għamilna flimkien ma’ tim ta’ produzzjoni, ‘The Summer Beer Garden’. Din kienet biċċa xogħol enormi b’numru kbir ta’ bands lokali, birer differenti, ikel u divertiment għall-familja kollha. Li ġara li dakinhar li bdejna kien il-jum li kulħadd beda jagħlaq l-attivitajiet tas-sajf wara il-famuża Hotel Take Over u għalkemm għamilna il-jiem kollha tal-festival bis-sigurta’ kollha mitluba, fl-aħħar mill-aħħar l-eżitu finanzjarju ma kienx daqsekk pjaċevoli.

May be an image of 2 people

Il-Malta Christmas Drive-Thru

Għadda aktar żmien, beda joqrob il-Milied u bdejna naħdmu fuq ħolma li kienet ilha tberren f’moħħna għal tul taż-żmien – dik ta’ drive thru. Għal darba oħra ma’ tim ta’ produzzjoni ta’ barra minn hawn , irnexxielna nagħmlu attivita’ ta’ żfog għal eluf ta’ familji Maltin fi żmien iebes; ‘Drive Thru Christmas’.  Kien xahar impenjattiv immens imma ta’ sodisfazzjon liema bħalu.

May be an image of 1 person, standing and outerwear

Bħala Danusan it-tir tagħna kien li nibqgħu għaddejin – provajna norganizzaw xi ħaġa għal Karnival imma meta konna se nħabbru l-attivita’, il-Prim ħareġ jgħid li kieku aħjar li ma jsirux il-vaganzi tal-karnival u allura waqqafna kollox. Kellna il-ħsieb li nagħmlu xi ħaġa għall-Għid il-Kbir imma sfortunatament il-post fejn xtaqna nagħmluh se jkun qed jinqala’ kompletament.

Id-Danusan Challenge

 

L-aħħar li pruvajna norganizzaw kienet id-DANUSAN Challenge li kellha tkun treasure hunt ta’ ġurnata  li trebbaħ lil xi ħadd €5000. F’moħħna għidna li din għanda tintlaqa’ b’mod tajjeb ħafna… imma illum il-ġurnata qed nirrealizzaw li l-piż finanzjarju tal-pandemija qed jibda’ jinħass mill-familji u kull sold qed jinżamm għall-affarijiet essenzjali u mhux għad-divertiment. Dan aħna nifmuh għax għaddejin mill-istess sitwazzjoni diffiċli. Għalhekk kontra qalbna se jkollna nitfgħu il-proġett Danusan Challenge fuq l-ixkaffa sa ma jekk Alla jrid naraw żminijiet isbaħ.

Jekk tixtieq iżomm ruħek aġġornat fuq d-Dansuan Challenge u tidħol fiċ-ċans li tirbaħ xi rigali li se nkunu qed nrebbħu minn żmien għall-żmien, agħfas fuq il-link t’hawn taħt biex tingħaqad mal-grupp tad-Danusan Challenge fuq facebook:

Danusan Challenge Facebook Group

Xejn ma ngħidulkhom iż-żmien hu diffiċli imma jgħaddi ukoll. Għalhekk ngħidulkhom KURAĠĠ!

Written By: elaine