Danusan/Blog /Kif iltaqgħu man-nisa tagħhom id-Danusan?

Blog

Danusan and their wives.

Kif iltaqgħu man-nisa tagħhom id-Danusan?

Daniel u Fiorella

Daniel kien ilu f’relazzjoni oħra għal diversi snin u wara din ir-relazzjoni ddeċieda li jtiha għall-ħela. Imma l-għada li ħassar kien se jippreżenta talent xow ta’ kumpanija u mal-ewwel jilmaħ lil din it-tfajla li kienet se tipparteċipa fit-talent xow.

Sar jaf x’jisimha u kemm għandha żmien u qabel it-talent xow mar ħdejha jagħmillha l-kuraġġ.

Wara x-xow kellhom open bar u Daniel mar magħhom biex jintefa’ ħdejha. Spiċċaw xorbu xarba flimkien u anke taw l-ewwel bewsa u Sander isfel waħdu, ifittex lil Daniel.

U għalkemm id-DAN xtaq li jtiha għall-ħela, mal-ewwel darba li ħareġ ma’ xi ħadd spiċċa baqa’ joħroġ magħha, iżżewwiġha u llum għandhom it-tfal ukoll. VERA tagħha għall-ħela eh!!!

 

Sander u Alison

 

Sander qabel ma ltaqa’ ma’ Alison kien diġà laħaq għamel ħbieb ma’ ommha u dan ġara meta…

Mini Bugz orġanizzaw tour ġewwa d-Dolomiti u dan it-tour marru Alison flimkien mal-familja tagħha.

Sander l-ewwel għamel ħbieb ma’ omm Alison u tgħidx kemm qalilha affarijiet nittiena biex idaħħakha. Mur għidlu li sa ftit ġranet wara kellu jmur date mat-tifla tagħha u mhux ta’ b’xejn ma fdatux!!!

Xħin waslu d-Dolomiti, Sander għamel ħbieb ma’ Alison.  Jiddeskrivha bħala l-isbaħ tfajla li kien hemm fit-tour. Wisq probabbli għax kien tour tal-over 50s imma insomma, spiċċaw iżżewġu u ommha tgħidx kemm hi kuntenta bih.

 

Blind Date

Jekk inti wkoll tixtieq tmur date mad-Danusan ara x-xow li se jagħmlu onlajn Blind Date li jibda mill-14 ta’ FRAR. Aqta’ l-biljett issa. Idħol www.danusantv.com/blinddate.

 

Written By: Maya Scerri