Danusan/Blog /L-isfidi li aħna d-Danusan għaddejna minnhom din is-sena.

Blog

L-isfidi li aħna d-Danusan għaddejna minnhom din is-sena.

Iż-żmien tal-Milied għalina jkun mimli daqs bajda u għalhekk biex żgur ingawdu ġurnata flimkien mingħajr xejn ma jtellifna, iddeċidejna li l-istaff party nagħmluh fi Frar.

Ħsibna li tkun idea tajba li mmorru l-escape room tal-Fgura – Can you escape? U hekk għamilna, ħdimna bħala tim u minn kamra għal oħra, billi nsolvu l-misteri, irnexxielna noħorġu u negħlbu l-isfida.

Sfida oħra li kellna negħlbu s-sena l-oħra kienet li ma nistgħux nagħmlu xows fit-teatru u għalhekk b’naqra brainstorming mit-tim kollu ħsiebna f’modi oħra kif xorta waħda nibqgħu għaddejin.

Minn hemm bdejna naddataw l-operat tal-business tagħna bħal ħafna kumpaniji oħra u ħsibna li la l-marketing li nagħmlu fuq il-paġna tagħna jaħdem sew nistgħu nibdew noffru dan is-servizz lill-kumpaniji oħrajn.

In-nies lilna jafuna bħala dawk li dejjem ndaħħku imma issa sirna noħolqu kontenut professjonali onlajn biex ngħinu kumpaniji oħra jikbru fuq il-midja soċjali.

Dak li noħolqu mhux bilfors li jkun ta’ tip komiku għaliex sirna noħolqu kontenut ta’ kif iħobbu jsejħulu “corporate” għal dawk il-businesses li jeħtieġu jkunu aktar serji. Din l-isfida ħadmet u llum in-numru tal-klijenti li qegħdin jużaw dan is-servizz qiegħed dejjem jikber.

Kif jaf kulħadd id-dipartiment tal-events wieqaf ukoll. Aħna bħala tim xtaqna li għalkemm il-ħruġ u d-divertiment huwa limitat xorta waħda b’mod sigur il-Maltin u l-Għawdxin ikunu jistgħu jgawdu.

Għalhekk għamilna diversi brainstorming sessions u ħriġna b’ideat ġodda, u llum qegħdin noħolqu wkoll events li huma safe, bħal eżempju l-event li għamilna fi żmien il-Milied; The Christmas Drive thru. L-intenzjoni tagħna kienet li bħala pajjiż ma nitilfux l-ispirtu tal-Milied.

 

L-aħħar kreazzjoni li ħriġna biha hi Treasure Hunt li min jieħu sehem fiha għandha timlielu sitt sigħat qawwija mimlija challenges ta’ taħbil il-moħħ u daħk, u l-premju għar-rebbieħ huwa ta’ €5000 fi flus.

Written By: Maya Scerri