Danusan/Blog /Labour vs Pn

Blog

Josh u Sean lesti għal Prietka tal-Milied

Labour vs Pn

Sean Mula in-nazzjonalist

Sean Mula n-Nazzjonalist

Taqra t-titlu u mill-ewwel tinduna x’inhu ġej!

Aħna l-Maltin lanqas nafu ma jkollniex naħa ma’ min inżommu. Aħna fid-demm tagħna għandna l-pika, fid-DNA kif kien hemm min qala’ polemika sħiħa darba.

Snin ilu ħloqna dawn iż-żewġ karattri, tfal, Josh, tifel Laburist u Sean, wild Nazzjonalist.

It-tnejn li huma għalkemm fihom issib il-ħlewwa u l-innoċenza li jkollhom it-tfal żgħar, jirrepetu dak li jgħidu l-ġenituri tagħhom u ħafna drabi anke jużaw kliem li jkunu semgħu.

Din is-sena kienet sena mimlija avvenimenti politiċi li żgur se jkunu parti mill-iscript li qed jinħoloq. Bla dubju ma tistax ma ssemmix l-elezzjonijiet għall-Membri Parlamentari Ewropej, il-vot ta’ fiduċja f’Delia, il-vot ta’ 16 -il sena, il-budget u li tieħu €300 għal kull wild! Insomma, waqt li qed niktbu l-iscript, żgur li ma nistgħux ngħidu li din is-sena 2019 kienet xi waħda politikament kajmana….Anzi!

Josh Fenech – il-Lajborsit

Josh u Sean mhux se jkunu weħedhom, għaliex ridna li xorta waħda għal żmien il-Milied inħallukom tgawdu l-karattri kollha li intom verament tħobbu…bħal VINNIE – dak li ma jarax, IL-KAPPILLAN – il-Laburist ta’ Burmarrad, is-SUFFARU u t-TIĠIEĠU…insomma tista’ tgħid li se tkun ċelebrazzjoni tajba għall-aħħar tas-sena DANUSANJANA.

Nisperaw li naraw lil ħafna minnkom hemm. Għal aktar dettalji dejjem żuru s-sit ġdid tagħna www.danusan.com u hemmhekk issibu l-informazzjoni kollha!

Josh ommok qalet li ġejja…u int?

Josh Fenech

                       Josh Fenech – il-Lajborist

 

Written By: Chrsander Agius