Danusan/Blog /Ma’ liema wieħed tagħmel BlindDate ?

Blog

Ma’ liema wieħed tagħmel BlindDate ?

Ma’ liema wieħed minn dawn il-karattri tagħmel blinddate? 

Vinny

Ma’ Viny li lanqas biss jagħti kas xi tkun liebsa?
Għax żgur mhux se jarak u lanqas biss probabli jirnexxielu isibek waqt blinddate. Pero’ li hu żgur li se tgħaddiha miegħu għax tidħak tnejn bil-griefex li jirnexxielu jagħmel.

Vinny The Movie

Il-Kaċċatur

Ma’ xi ħadd bħall-kaċċatur li jġorr is-senter tal-kaċċa miegħu kullimkien u li moħħu biss li imur BlindDate mal-għasfur? Kif jgħidu aħjar għasfur f’idejk milli mija fl-ajru. Fuq x’hiex se titkellem miegħu? Il-Kaċċa l-unika ħaġa li jifhem dwarha.

Il-kappilan

Mal-kappillan? Oj ma’ dak ma tistax. Min jaf kemm jgħidu bik kieku n-nies jekk tmur  blinddate miegħu. Barra minn hekk il-kappillan dejjem lejh jiġbed, jiġifieri zġur li inti jkollok tħallas u mportanti li tkun laburista’ għax inkella tbagħti.

IL-FUZZY

JEW

Mal-Fuzzy li iħobb joħroġ u jiżabel u probabbli wara li jiltaqa’ miegħek imur date oħra? Ma nafx kemm se tiekol miegħu, għax iktar moħħu biex jisker, u allura forsi iktar worth it li tmur tieħu xi drink, jew tnejn, jew flixkun jekk mhux tnejn. Imbagħad dawra tajba f’xi karozza ħamalla li jinzlulha s-seats!!

Il-Fuzzy waqt xow tad-Danusan

Il-Fuzzy

Danusan Tv

Ftit taż-żmien ilu d-Danusan ħolqu website jisimha Danusan TV.

Bis-saħħa tad-Danusan TV in-nies se jkunu jistgħu jerġgħu jesperjenzaw l-atmosfera tat-teatru imma mill-kumdità tad-dar tagħhom stess.

Araw naqra kif…

Id-Danusan se jtellgħu xow onlajn jismu Blind Date bil-karattri kollha popolari tagħhom.

Ħolqu din il-website li l-kunċett tagħha hu simili tan-Netflix, u minnha tista’ tixtri l-biljett għax-xow. Malli tixtri l-biljett se tirċievi username u password.

F’jum San Valentinu mill-għaxra ta’ filgħodu ‘l quddiem tista’ tidħol u tara x-xow, li se tkun aċċessibbli sa 48 siegħa wara. Biex tarah kulma trid tagħmel iddaħħal il-username u l-password li tkun krejajt.Ix-xow jiswa’ €25 u tista’ tarah il-familja kollha.

Għamluha għall-jum San Valentinu għax ħasbu li tkun idea tajba biex il-maħbubin jidħku daħka tajba flimkien.

Aqta’ l-biljett issa. Idħol fuq  www.danusantv.com/blinddate.

Jekk trid taqra’ l-blogs l-antiki agħfas hawn 

Written By: Maya Scerri