Danusan/Blog

Blog

Miskin Sander!!

Il-Bullying Isir ħafna stress fuq kemm hu ħażin il-bullying kontinwu u ovvjament fuq nota li nidħku ftit nixtieq naqsam magħkom il-bullying li nesperjenza jien, u jekk tridu wara żidu tagħkom. Tkun qed tara l-logħba Jien (miskin) inżomm mal-inter. Minħabba xogħli ftit ikolli ċans li nsegwihom live, imma d-darba li nkun nista’ għalija jkunu sagħtejn speċjali ħafna. Narmalu l-piġama. Nara li la nkun xrobt ħafna u lanqas qiegħed nieqes mix-xorb ħalli la nqum għat-toilet waqt dawk il-45 minuta...

Tibqa’ jew titlaq?

In-Nanna Fuq fomm kulħadd id-deċiżjoni tal-Prinċep Harry u dik il-mazza li għandu, jekk kellhomx jitilqu minn man-nanna jew inkella jibqgħu magħha. Deċiżjoni iebsa. Anke għax jien niftakar li għand in-nanna kont veru nieħu gost, u allura mhux la kemm taqbad u titlaq. In-nanna wkoll minn dejjem kienet ittik dik ix-xi ħaġa tal-flus. L-istess ta' Harry, ċoè l-istess...

Josh u Sean lesti għal Prietka tal-Milied

Labour vs Pn

[caption id="attachment_8788" align="alignleft" width="366"] Sean Mula n-Nazzjonalist[/caption] Taqra t-titlu u mill-ewwel tinduna x'inhu ġej! Aħna l-Maltin lanqas nafu ma jkollniex naħa ma' min inżommu. Aħna fid-demm tagħna għandna l-pika, fid-DNA kif kien hemm min qala' polemika sħiħa darba. Snin ilu ħloqna dawn iż-żewġ karattri, tfal, Josh, tifel Laburist u Sean, wild Nazzjonalist. It-tnejn li huma għalkemm fihom issib il-ħlewwa u l-innoċenza li jkollhom it-tfal żgħar, jirrepetu dak li jgħidu l-ġenituri tagħhom u ħafna drabi anke jużaw kliem li...