MIN HUMA D-DANUSAN?

MIN HUMA D-DANUSAN?

Id-DANUSAN – Daniel Chircop u Chrysander Agius, jew kif jafuh ħafna, Sander Agius. Iva – DANUSAN għal ewwel 3 ittri ta’ kull isem.

Kollox beda minn meta t-tnejn kienu jaħdmu flimkien in-NET. L-ewwel proġetti li ħadmu flimkien fuqhom kienu [email protected] u Zinners. Ħaġa ġġib lil oħra, it-tnejn spiċċaw jaħdmu flimkien fuq bosta proġetti għal aktar minn 20 sena. Magħtul is-snin għamlu bosta shows fit-teatri, programmi fuq it-Television u breakfast show fuq ir-radio.

Id-Danusan jemmnu li kulħadd ħaqqu jidħaq u l-iktar ħaġa importanti għalihom hi li jirnexxilom jnisslu tbissima fuq wiċċ in-nies li jsegwuhom. Ta’ kull sena s-segwaċi tagħhom ikunu qed jistennew ix-xow ta’ Marzu – li huwa l-ikbar xow li jorganizzaw magħtul is-sena. Kull sena ikun b’tema totalment differenti u tistgħu ssibu informazzjoni fuq dawn ix-shows billi żżuru s-sezzjoni tax-shows iktar l’isfel.

Wara bosta snin ta’ ħidma u dedikazzjoni, illum -il ġurnata d-Danusan huma stabiliti ġewwa pajjiżna – mhux biss għal dak li hu relatat ma’ kontenut komiku, iżda wkoll għal kontenut innovativ. Magħtul din is-sena ħa jkunu qed jieħdu break mit-Televizjoni u mir-radju, u ħa jkunu qed jiffukaw iktar fuq l-onlajn. Dan wara l-feedback massiv li kellhom magħtul is-snin u d-domanda sabiex ikunu aktar preżenti u aċċessibli. Tistgħu tibqgħu aġġornati ma’ dak li qed tagħmlu billi ssegwuhom fuq is-social media tagħhom.