Danusan/Posts tagged "chrysander agius"

chrysander agius Tag

Id-Danusan Challenge

Id-Danusan Challenge tħassret.

Id-Danusan Challenge, bi sfortuna kbira imħassra wkoll. Kienet deċiżjoni diffiċli pero kellna noħduha! L-attivitajiet tad-Danusan u l-COVID Bħala Danusan għaddejna minn elf ħaġa matul is-snin u qatt ma qtajna qalbna minn xejn anzi f’ kull opportunita’ rajna kif għamilna biex ħriġna b’xi ħaġa innovativa.   X’għamilna s’ issa? Kif tfaċċat il-Covid u dħalna fil-lockdown bdejna mal-ewwel bil-programmi online mis-sensiela Noli fejn ta’ kuljum bħala Danusan konna nagħmlu programm ‘Antivirus’ mill-kamra tas-sodda. Kif għadda iż-żmien u s-sitwazzjoni bdiet tmur...

Vinny The Movie

Vinny se jagħmel film

Bħalissa s-sitwazzjoni hi li hi. Ilna ma mmissu palk għal diversi xhur, dalwaqt nibdew ngħidu sena. Bħala atturi huwa mument diffiċli ħafna, kemm finanzjarjament u anke artistikament għax veru limitati f'dak li nistgħu nagħmlu. Però użajna dan iż-żmien biex ħdimna ħafna ONLAJN u wassalna t-tbissima kif stajna u fejn stajna.   Kellna nħassru XOW darbtejn fejn ħafna nies fehmu d-diffikultajiet u agħżlu li jżommu l-biljett tagħhom għal meta xi darba nirritornaw fit-teatru. Vinny Madanakollu ma tistgħax tingħalaq ġewwa...

X’inhuma l-affarijiet diffiċli biex tbiegħ?

Hawn min ma jorbot qalbu ma' xejn. Kollox għalih huwa immaterjali, ma jfisser xejn. Jien naħseb li nikkwalifika bħala wieħed minn dawk. Ma tantx norbot qalbi ma' affarijiet, Mobile tgħidx kemm il-darba tliftu!! (staqsu lil Phonerefix), karozza min jaf kemm il-darba lqattha...

Miskin Sander!!

Il-Bullying Isir ħafna stress fuq kemm hu ħażin il-bullying kontinwu u ovvjament fuq nota li nidħku ftit nixtieq naqsam magħkom il-bullying li nesperjenza jien, u jekk tridu wara żidu tagħkom. Tkun qed tara l-logħba Jien (miskin) inżomm mal-inter. Minħabba xogħli ftit ikolli ċans li nsegwihom live, imma d-darba li nkun nista’ għalija jkunu sagħtejn speċjali ħafna. Narmalu l-piġama. Nara li la nkun xrobt ħafna u lanqas qiegħed nieqes mix-xorb ħalli la nqum għat-toilet waqt dawk il-45 minuta...

Tibqa’ jew titlaq?

In-Nanna Fuq fomm kulħadd id-deċiżjoni tal-Prinċep Harry u dik il-mazza li għandu, jekk kellhomx jitilqu minn man-nanna jew inkella jibqgħu magħha. Deċiżjoni iebsa. Anke għax jien niftakar li għand in-nanna kont veru nieħu gost, u allura mhux la kemm taqbad u titlaq. In-nanna wkoll minn dejjem kienet ittik dik ix-xi ħaġa tal-flus. L-istess ta' Harry, ċoè l-istess...