Danusan/Blog /Tibqa’ jew titlaq?

Blog

Tibqa’ jew titlaq?

Sander Mar-reġina

In-Nanna

Fuq fomm kulħadd id-deċiżjoni tal-Prinċep Harry u dik il-mazza li għandu, jekk kellhomx jitilqu minn man-nanna jew inkella jibqgħu magħha. Deċiżjoni iebsa. Anke għax jien niftakar li għand in-nanna kont veru nieħu gost, u allura mhux la kemm taqbad u titlaq. In-nanna wkoll minn dejjem kienet ittik dik ix-xi ħaġa tal-flus. L-istess ta’ Harry, ċoè l-istess… Harry 3.3 miljun u emm, nannti, għall-preċett konna mmissu l-mija. U jekk fid-dar tan-nanna ta’ Corazon kienet tgħajjat miegħek għax toqgħod tiġri ‘l hemm u ‘l hawn, f’din id-dar żgur li kont tilgħab noli komdu. Issa l-Prinċep, li by the way mhux se jibqa’ Prinċep, ikollu jilgħab logħba oħra, miskin! Kieku jien tat-tabib nilgħab!

Ma tibqax prinċep.

Jien prinċep qatt ma kont. Forsi għax qatt ma bisitni l-prinċipessa, li ejja ngħiduha kif inhi, jekk tkun tixbah lil Meghan Markle, żgur ma tiddejjaqx. L-iktar l-iktar stajt kont iż-żrinġ. Nimmaġina li mal-kariga jkollok naqra x’tippreżenta u x’tagħmel. Tmur tiftaħ xi ċerimonja… xi ikla ma’ xi president ta’ xi Burundi, forsi tagħmel ftit karità… sagrifiċċju. Iżda min-naħa l-oħra għandek palazz għal wieħed, tnejn… kollox imħallas, żwiemel, karozzi… ajruplan, vapur! Ma nafx, imma naħseb li kont nibqa’ naqra oħra jien! U int x’kont tagħmel?

 

 

 

Written By: Chrsander Agius